Ix-Xahar Ewropew tad-Diversità jiċċelebra l-isforzi tal-organizzazzjonijiet fil-promozzjoni tad-diversità u ta’ diversi timijiet fuq il-post tax-xogħol u fil-ħolqien ta’ ambjenti tax-xogħol inklużivi.
Ingħaqad magħna u kun parti mit-tielet Xahar Ewropew tad-Diversità billi torganizza avvenimenti ta’ diversità u tiċċelebra d-diversità matul Mejju 2022.
Aqsam l-informazzjoni dwar l-attivitajiet li għandek ippjanati, kemm interni kif ukoll esterni, permezz tal-mappa sabiex il-pubbliku jkun jista’ jara x’se jsir f’Mejju madwar l-UE u tikseb viżibbiltà għall-isforzi tiegħek.
L-informazzjoni pprovduta għal dawn l-attivitajiet hija r-responsabbiltà tal-organizzatur tal-avveniment. Id-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi ma jistax jinżamm responsabbli għall-preċiżjoni tiegħu.