Aqbeż għall-Kontenut

Noħolqu soċjetajiet ugwali

Inizjattivi ta’ Diversità tal-UE 2022

L-ugwaljanza u d-diversità huma prijorità ewlenija għall-Kummissjoni Ewropea. Biex tiġġieled id-diskriminazzjoni u timbotta għal soċjetajiet aktar ugwali, il-Kummissjoni adottat approċċ proattiv, bi pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri mmirati.

Bħala parti mill-isforzi kontinwi biex tagħmel tajjeb għall-impenn tagħha li trawwem soċjetajiet aktar inklużivi u ġusti fl-Ewropa, il-Kummissjoni qed tniedi l-Premju tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità. Din l-inizjattiva ġdida tikkumplimenta x-Xahar tad-Diversità tal-UE annwali, li tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tad-diversità u l-inklużjoni fil-post tax-xogħol u fost is-soċjetajiet tagħna.

Avveniment ta’ livell għoli fi Brussell 2022

Il-Kummissjoni Ewropea se torganizza avveniment ta’ livell għoli dwar id-Diversità fit-28-29 ta’ April mal-Kummissarju għall-Ugwaljanza, Helena Dalli, fejn jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità u jinfetaħ uffiċjalment ix-Xahar tad-Diversità tal-UE 2022.

Dan l-avveniment se jġib flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, uffiċjali eżekuttivi tal-firmatarji tal-karta tad-diversità, organizzazzjonijiet oħra u partijiet interessati.

Sir af aktar

Xahar tad-Diversità tal-UE

Inġibu abbord lil min iħaddem / #EUDiversityMonth

Ix-Xahar tad-Diversità tal-UE huwa dwar li jqajjem kuxjenza fuq l-importanza tad-diversità u l-inklużjoni fil-post tax-xogħol u fis-soċjetajiet tagħna. Huwa dwar ir-rappreżentazzjoni u l-viżibbiltà ta’ gruppi differenti, fejn diversi perspettivi huma evalwati u integrati fl-ambjent tax-xogħol.

Ix-Xahar tad-Diversità tal-UE jiċċelebra l-isforzi minn organizzazzjonijiet biex jgħinu fil-bini ta’ ambjenti ugwali u inklużivi għall-benefiċċju ta’ kulħadd. Din l-inizjattiva hija parti mill-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li tiġġieled id-diskriminazzjoni u tippromwovi postijiet tax-xogħol diversi u inklużivi.

Sir af aktar

Premju tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità

Unjoni tal-Ugwaljanza / #DiversityCapitals

Il-Premju jirrikonoxxi x-xogħol magħmul minn bliet, irħula jew reġjuni fl-Ewropa biex jippromwovu l-inklużjoni u joħolqu soċjetajiet ħielsa mid-diskriminazzjoni.

Huwa miftuħ għall-awtoritajiet lokali biex japplikaw u huwa ċans biex juriu lid-dinja x’qed jagħmlu dawn il-”bliet kapitali tal-inklużjoni” biex joħolqu spazji aktar diversi u inklużivi għaċ-ċittadini tagħhom.

Sir af aktar

Issoċjalizza magħna
# EUDiversityMonth # DiversityCapitals

Lura ’l fuq